L-Iżraeljani kienu qed ixejru bnadar bojod waqt li l-Forzi Iżraeljani qatluhom
Tliet irġiel, Yotam Haim, Samer Talalka u Alon Shamriz inqatlu kiesaħ u biered mill-armata Iżraelita
More in Barranin
Tliet irġiel, Yotam Haim, Samer Talalka u Alon Shamriz inqatlu kiesaħ u biered mill-armata Iżraelita
Mijiet ta’ Iżraeljani nġabru f’Tel Aviv jipprotestaw wara li l-Forzi Difiżi Iżraeljani (IDF) “bi żball” qatlu tliet persuni li kienu qed jinżammu fir-raħal tat-Tramuntana ta’ Shejaiya. Dan ġara wara li s-suldati Iżraeljani fetħu n-nar fuqhom wara li ġew “identifikati bi żball bħala theddida”.
Id-dimostranti mxew sal-bażi militari li jinsab f’Tel Aviv, bil-għan li l-Gvern Iżraeljan jinnegozja ftehim għall-ħelsien tal-ostaġġi maqbuda mill-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru.
Tliet irġiel, Yotam Haim ta’ 28 sena, Samer Talalka ta’ 22 sena, u Alon Shamriz ta’ 26 sena, inqatlu wara li ġew identifikati ħażin waqt l-offensiva tal-IDF fit-Tramuntana ta’ Gaża.
Yotam Haim: mużiċist li jħobb l-annimali u l-ikel Taljan, inħataf minn Kibbutz Kfar minn grupp mhux speċifikat.
Samer Talalka: sewwieq ta’ mutur entużjast li kien jieħu gost bil-vjaġġi fil-kampanja u jissoċjalizza, ittieħed mill-istess grupp mill-Kibbutz Nir Am; ritratt tiegħu qed jitmexxa minn Gaża ċċirkola fuq Telegram.
Alon Shamriz: Inizjalment inżammet l-identifikazzjoni tiegħu; hu ttieħed mill-istess Kibbutz ta’ Yotam Haim waqt l-attakki tal-grupp fis-7 ta’ Ottubru.
Min-naħa tagħhom, l-IDF espremiet rimors profond u qalet li se tkun qed tħejji investigazzjoni. Intant, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ddeskriva l-imwiet bħala “traġedja insopportabbli” u wiegħed li Iżrael se jkompli jirritorna lil dawk kollha maħtufa b’mod sigur.
L-Istati Uniti wkoll ikkummentat. Il-kelliem tal-White House John Kirby qal li l-qtil kien “żball traġiku,” u żied li l-Istati Uniti ma kellhiex “viżibilità perfetta dwar kif seħħet eżattament din l-operazzjoni”.
Madwar 1,200 persuna nqatlu minn mindu l-Ħamas beda l-attakk fis-7 ta’ Ottubru, fejn inqabdu 240 persuna. Il-kontrattakk ta’ ritaljazzjoni mill-Iżrael huwa rrappurtat li ħasad kważi 19,000 ħajja, l-aktar nisa u tfal, b’50,000 persuna oħra midruba s’issa.
Fl-aħħar ta’ Novembru, matul perjodu qasir ta’ ftehim ta’ waqfien tal-isparar bejn iż-żewġ naħat, inħelsu wħud mid-detenuti. Il-Ħamas ħeles aktar minn 100 mara, tfal, u barrani miżmumin fil-magħluq f’Gaża, bi skambju għall-ħelsien ta’ 240 mara u żagħżugħ priġunerija minn Iżrael.