NU: Madwar 600,000 persuna fin-nofsinhar ta’ Gaża taħt ordni ta’ evakwazzjoni

Minkejja l-ordni ta' evakwazzjoni, ix-xelters jinsabu ffuljati b’nies li qed ifittxu l-kenn, filwaqt li l-Iżrael qalet li niedet attakki kontra infrastruttura militari tal-Hezbollah fil-Libanu

Il-militar ta’ Iżrael nieda attakk fil-Libanu,  b’tankijiet u nar tal-artillerija. Dan filwaqt li l-forzi tal-ajru tal-Iżrael skonthom attakkaw ċentru ta’ kmand militari kif ukoll infrastruttura militari tal-Hezbollah.

Fost il-vjolenza li qed tiżdied, in-Nazzjonijiet Uniti (NU) irrapportat li madwar 600,000 persuna fin-Nofsinhar ta’ Gaża jinsabu taħt ordnijiet ta’ evakwazzjoni. Madankollu, ix-xelters jinsabu iffullati wisq biex iħallu liċ-ċivili mingħajr fejn ifittxu kenn.

It-Tlieta t-truppi Iżraeljani qalu li ppenetraw il-qalba ta’ Khan Younis, b’dak li ddeskrivew bħala l-aktar jum aggressiv ta’ ġlied fl-operazzjoni tagħhom fuq l-art. Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu baqa’ determinat biex isegwi strateġija ta’ “forza tat-tgħaffiġ”, u jasserixxi li r-rebħa tiddependi fuq dan l-approċċ,

Il-kunflitt imur lura għal sensiela ta’ avvenimenti, inkluż l-attakk tal-Ħamas fuq Iżrael fis-7 ta’ Ottubru. Il-BBC irrapporta evidenza ta’ vjolenza sesswali, stupru, u mutilazzjoni tan-nisa waqt dan l-attakk. L-istrajk inizjali tal-Ħamas irriżulta fil-mewt ta’ 1,200 individwu, b’madwar 240 oħra meħuda bħala ostaġġi. Dan skont ġuranlist Palestinjan Khan Younis.

B’reazzjoni, uffiċjali tal-Ħamas f’Gaza allegaw li l-kampanja ta’ ritaljazzjoni ta’ Iżrael ħasdet il-ħajja ta’ mill-inqas 16,248 persuna, inklużi madwar 7,000 tifel u tifla.

More in Barranin