700 Palestinjan mejta hekk kif Iżrael tkompli bl-attaki, Iktar minn 187,000 jaħarbu minn darhom f’Gaża

Il-Ministeru tas-Saħħa qed jitlob kuritur sigur sabiex tingħata għajnuna medika fl-isptarijiet milquta, li issa huma megħluba b’pazjenti feruti li qed imutu

Il-Forzi Militari Iżraeljani ħabbru li kisbu kontroll mill-ġdid tal-ħajt ta’ separazzjoni hekk kif riċentament partijiet tal-ħajt tkisser mill-grupp Palestinjan, il-Ħamas.

Il-Forzi tad-Difiża Iżraeljana qalu li f’dawn l-aħħar 24 siegħa żammu l-kontroll tal-ħajt iżda membri tal-Ħamas għadhom preżenti f’żoni tal-Iżrajel.

Iktar minn 20 żona tal-ħajt ta’ separazzjoni nkiser wara li l-Ħamas fetaħ attakk sorpriża nhar is-Sibt, permezz ta’ rokits u wettqu invażjoni bl-użu tal-paragliders. Intant, Il-militanti ħatfu wkoll diversi persuni waqt festival tal-mużika tan-Nofsinhar ta’ Iżrael.

L-IDF ħabbret ukoll li s-suldati qed jodormu l-ftugħijiet tal-ħajt  biex jipprevjenu lill-ġellieda milli jaqsmu.

Il-ħajt huwa sinifikanti għal-Iżraeljani bħala barriera tas-sigurtà, iżda mill-banda l-oħra, mill-Palestinjani  huwa meqjus bħala simbolu ta’ oppressjoni tan-nies li jgħixu f’Gaża.

Il-militar Iżraeljan qed jippjana ukoll li jibgħat uffiċjali biex jinfurma aktar minn 100 familja li l-qraba tagħhom qed jinżammu mill-Ħamas f’Gaża hekk kif L-ambaxxatur Iżraeljan għan-Nazzjonijiet Uniti, Gilad Erdan, qal li n-numru ta’ ostaġġi miżmuma mill-Ħamas huwa bejn 100 u 150 persuna.

Iżrael kompla bil bumbardamenti bla waqfien f’Gaża matul il-lejl, fejn matulhom intlaqtu diversi binjiet residenzjali u inqatlu żewġ ġurnalisti Palestinjani.

Il-Ministeru tas-Saħħa Palestinjan f'Gaża sejjaħ għall-ftuħ ta’ “kuritur sikur li jigarantixxi d-dħul ta' għajnuna medika urġenti" fl-isptarijiet tat-territorju dan minħabba li huma megħluba bil-mejtin u midruba.

Il-Forzi tal-Ajru Iżraeljani wettqu numru ta’ bumbardamenti fil-belt ta’ Khan Younis, fost dawk li sfaw vittmi ta’ dawn il-bumbardamenti hemm Erba’ ambulanzi u sptar li issa waqaf jopera kawża tal-bumbardamenti

“Hawn nuqqas kontinwu ta’ elettriku li huwa bżonnjuż biex titħaddem is-sistema tal-kura tas-saħħa. Dan  qed jhedded il-ħajja tan-nies morda u midruba,” saħaq il-Ministeru tas-Saħħa fi stqarrija separata.

Il-Ministeru tas-Saħħa Palestinjan f’Gaża qal li n-numru ta’ mwiet minn attakki mill-ajru Iżraeljani fuq it-territorju tela’ għal 704, inklużi 143 tifel u 105 mara. L-attakki darbu madwar 4,000 Palestinjan.

In-numru tal-imwiet issa huwa ta’ 687 Palestinjan f’Gaża, aktar minn 900 persuna fl-Iżrael, tal-inqas 17-il Palestinjan fix-Xatt tal-Punent li huwa okkupat u erba’ ġellieda tal-Hezbollah fil-Libanu.

L-aġenzija umanitarja tan-NU qalet li aktar minn 187,518 Palestinjan ħarbu minn djarhom f’Gaza, b’aktar minn 137,000 jieħdu kenn f’madwar 84 skola.

Ċittadini barranin minn pajjiżi fosthom l-Arġentina, il-Kambodja u l-Istati Uniti kienu fost dawk li ġew irrappurtati maqtula fl-Iżrael.

More in Barranin