Il-UN tirrapporta li każijiet fil-Qrati dwar tibdil fil-klima żdiedu b'aktar mid-doppju fi żmien sitt snin

'Il-messaġġ huwa ċar: Hemm bżonn azzjoni klimatika urġenti f’kull livell'

F’rapport maħruġ min-Nazzjonijiet Uniti (UN), ġie rraportat illi l-każijiet fil-Qrati rigward tibdil fil-klima, globalment, żdiedu b'aktar mid-doppju fi żmien snin. 

Gvernijiet u kooperazzjonijiet huma fost l-aktar entitajiet illi qed jaffaċċjaw każijiet kontrihom f’dan ir-rigward.

Il-UN tgħid illi, "il-litigazzjoni hija għodda importanti sabiex ikun hemm azzjoni dwar il-klima, kif ukoll ġustizzja”.

Qalet ukoll illi l-politika rigward il-klima għadha lura, fil-kuntest tal-miri sabiex iż-żieda fit-temperaturi tinżamm taħt il-1.5°C. Dan b’referenza għall-ftehim ta’ Pariġi, li jesiġi li l-emmissjonijiet jonqsu b’45% sal-2030 u jkunu nett ta’ żero sal-2050.

"Huwa kaġun ta’ dan li qed nesperjenzaw temp estrem globalment," ittenn il-UN. Malta stess għadha kemm esperjenzat mewġa ta’ sħana ta’ 10 ijiem; b’sitta minnhom jaqbżu temperaturi ta 40°C. Il-UN temmen li, kawża ta’ dawn l-avvenimenti klimatiċi, każijiet fil-Qrati globali, rigward klima se jkompli jiżdiedu.

“Il-messaġġ huwa ċar: Hemm bżonn t'azzjoni klimatika urġenti f’kull livell; minn negozji, Gvernijiet, soċjetà ċivili u kull individwu – sabiex nissalvagwardaw il-pjaneta u l-futur tagħna,” itemm il-UN.

More in Barranin