Il-Forza Navali semgħet implużjoni nhar il-Ħadd imma ma kinux ċerti jekk kienx it-Titan

Hekk kif it-tfittxija għall-ħamest irġiel u s-sottomarin tintemm, għadu mhux magħruf preċiżament meta u x'ħin saret l-implużjoni 

Hekk kif fl-aħħar jiem l-aħbarjiet kienu iddominati mill-aħbar tas-sottomarin mitluf, it-Titan, ilbieraħ filgħaxija tħabbar f'konferenza illi nstabu l-fdalijiet tiegħu u li dawk abbord tilfu ħajjithom. Sa issa jidher li għadu mhux ċar meta s-sottomarin imploda iżda qiegħed jiġi irraportat illi l-Forza Navali Amerikana semgħet implużjoni l-Ħadd, permezz ta' teknoloġija sigrieta. Minkejja dan, l-iskwadri tat-tfittxija baqgħu jittamaw illi se jsibuhom qabel ma jispiċċa l-ossiġnu. 

L-awtoritajiet Amerikani qed jassumu li minħabba l-fatt illi l-aħħar kommunikazzjoni kienet nhar il-ħadd stess, siegħa u nofs wara li niżel fil-baħar, l-implużjoni seħħet f'dawk il-ħinijiet. Apparti minn hekk l-Ammirall John Mauger sostna li l-ħsejjes li nqabdu minn apparat teknoloġiku - u li kompliet tagħti tama' li l-ħames vittmi kienu għadhom ħajjin - ma kellhom ebda konnessjoni ma fejn instabu l-fdalijiet.

Intant il-fdalijiet instabu madwar 480 metru taħt il-puwa tal-fdalijiet tat-Titanic, f'żona magħrufa għall-pressjoni qawwijja li toħloq. Tant hu hekk illi ftit ħlejjaq tal-baħar irnexxielhom jgħixu f'dawk l-akkwati mimlija kesħa, pressjoni u dlam. 

Espert tal-Armata Navali, Dale Mole qal illi fil-każ tal-isplużjoni, il-vittmi mietu malajr, tant li moħħhom lanqas laħaq irreġistra x'ġara. Qal illi kien ikun ħafna agħar li kieku kienu maqbuda fis-sottomarin u mitlufin minħabba t-telf ta' ossiġnu u l-kesħa. 

Min huma l-vittmi? 

Din it-traġedja ħadet il-ħajja ta' ħames irġiel, il-"kaptan" u l-fondatur ta' OceanGate Expeditions Stockton Rush, Hamish Harding, Paul-Henri Nargeolet, il-biljunarju Pakistani biċ-ċittadinanza Maltija Shahzada Dawood u ibnu ta' 19-il sena Suleman.

Il-biljunarju Shahzada Dawood (lemin) ma' ibnu Suleman (xellug)
Il-biljunarju Shahzada Dawood (lemin) ma' ibnu Suleman (xellug)

Filwaqt li ħafna qed isellmu l-memorja ta' dawn il-vittmi z-zija ta' Suleman kien imbeżża' ħafna li jmur fuq din l-ispedizzjoni, li għalihom ħallsu $250,000 kull persuna (ekwivalenti għal €457,800 għall-missier u l-iben). Oħt Dawood, Azmeh qalet illi n-neputi tagħha qabel biss illi jagħmel din "l-avventura" biex jikkuntenta lill-missieru ta' Jum il-Missier hekk kif kien ossessjonat bit-Titanic. Qalet ukoll li ż-żagħżugħ wera tħassib dwar l-operat tagħha. "Lanqas li kieku tawni miljun dollaru ma kont immur f'dak is-sottomarin," qalet Azmeh Dawood. 

More in Barranin