Erbat itfal żgħar jingħataw daqqiet ta' sikkina waqt li kienu l-bandli, fi Franza

It-tfal, li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn sena u tliet snin, jinstabu stabbli u qed jingħataw il-kura fi sptar

Ritratt meħud mill-filmat, li fih l-agressur qed jihder jattakka lit-tfal
Ritratt meħud mill-filmat, li fih l-agressur qed jihder jattakka lit-tfal

Ilbieraħ filgħaxija huwa mifhum li Sirjan ta' 31 sena attakka u għaldastant ta daqqiet ta' sikkina lil erbat itfal, li innoċentament kienu qed jilgħabu l-bandli. L-attakk seħħ f'Annecy, fl-ixlokk ta' Franza u huwa irrapportat li l-pulizija tal-lokal qabduh u arrestawh mal-ewwel meta rawh li daħal il-bandli biex jattakka lit-tfal. 

Skont rapporti, fost il-vittmi kien żewġ adulti li ġew feruti fl-attakk u li issa jinsabu f'qagħda kritika. Wara li ħarab mill-bandli huwa ta daqqa ta' sikkina lil raġel anzjan li kien fl-akkwati. 

Intant id-Deputat Reġjonali Antoine Armand qal li filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti qed jinvestigaw, għandhom ftit informazzjoni. Fuq il-midja soċjali beda jixxandar filmat grafiku tal-attakk li saħansitra wera lil dan ir-raġel iħuf biex jattakka lil xi tifel jew tifla u li anke attakka tifel f'pushchair. 

Min-naħa tagħhoma l-Prim Ministru Franċiża Élisabeth Borne qalet li l-agressur ma kellu ebda passat kriminali jew psikjatriku u li ma jidhirx li huwa attakk terroristiku. 

Il-Pulizija saħqet li huwa kellu l-istatus ta' refuġjat fl-Iżvezja u li riċentament mar jgħix fi Franza u ħalla warajh lil martu u tifla ta' tliet snin. Huwa magħruf ukoll li prova japplika għall-istatus ta' refuġjat ġewwa Franza, iżda l-attentat falla. 

More in Barranin