Żewġ terremoti oħra jolqtu lit-Turkija u jinħassu mis-Sirja ġimgħatejn wara l-ewwel diżastri

Minkejja li t-terremoti ma kinux qawwija daqs tal-aħħar darba, l-ewwel wieħed kellu qawwa ta' 6.4 fuq l-Iskala Richter

Ġimgħatejn wara terremoti diżastrużi li ħallew aktar minn 40,000 persuna mejta, it-Turkija terġa' tintlaqat minn żewġ terremoti oħra, din id-darba aktar qawwija. 

Hatay, provinċja fin-naħa ta' isfel tat-Turkija, intlaqgħat mit-terremot ta' 6.4 fuq l-Iskala Richter segwit minn ieħor ta' 5.8. Il-Ministru għall-Intern, Süleyman Soylu saħaq li minn tal-inqas tliet persuni mietu filwaqt li 213-il persuna sfaft feruta. Dan it-terremot inħass ukoll mis-Sirja, fil-fatt 500 persuna ġew irraportati feruti. 

Intant residenti ta' Hatay saħqu li kien hemm bini ieħor li iġġarrab kawża tat-terreoit iżda ħafna mir-residenti kienu diġà evakwaw wara l-ewwel terremoti. Is-sindku ta' Hatay Lütfü Savaş saħaq li għad hemm persuni maqbuda qalb it-tifrik.

Min-naħa l-oħra l-President Tork Tayyip Erdoğan qal li x-xhar li ġej se jibda' x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq 200,000 appartament fil-provinċji li ntlaqtu mit-terremoti. 

Ilbieraħ stess il-Ministru għall-Affarjiet Barranin Ian Borg qal fi stqarrija li l-volontiera minn SOS Malta u crew ta' Net News ħelsuha ħafif hekk kif kienu għadhom kif telqu għall-ajruport, mill-post fejn seħħ it-terremot. 

More in Barranin