Fit-tielet jum wara li seħħew it-terremoti n-numru ta' fatalitajiet tela' għal 8,704 fit-Turkija u fis-Sirja, żieda ta' aktar minn 3,000 persuna fi żmien 24 siegha. L-Aġenzija Torka għad-Diżastri Naturali qalet li b'kollox kien hemm 37,011-il persuna feruta filwaqt li aktar minn 8,000 persuna nstabet ħajja qalb it-tifrik fit-Turkija.
B'kollox madwar 380,000 persuna sabet refuġu f'xelters tal-Gvern, lukandi, stadiums, moskea u ċentri tal-kommunita hekk kif ħafna tilfu kull ma kellhom, inkluż saqaf fuq rashom. Dan filwaqt li kien hemm eluf oħra li kienu qed jużaw il-ferroviji bħala xelter, li preżentament qed jintużaw bħala akkomodazzjoni ta' emerġenza.
Ilbieraħ waranofsinhar il-President Tork Recep Tayyip Erdoğan iddikkjara 10 provinċji bħala stat ta' emerġenza għal tliet xhur. Madankollu rapporti qed jgħidu li l-kommunitajiet Torok huma irrabbjati hekk kif iddeskrivew ir-rispons għal din l-emerġenza bħala mhux adekwata u mhux mgħaġġla biżżejjed.
Intant tliet Ingliżi u erba' Awstraljani li kienu t-Turkija waqt it-terremoti għadhom ma nstabux.
Ir-Russja wkoll ingħaqdet mal-bqija tad-dinja u bagħtet tim tas-salvataġġ lit-Turkija u lis-Sirja tim, magħmul minn 300 persuna biex tfittex lil dawk li salvaw. Min-naħa l-oħra l-Israel bagħtet tim tas-salvataġġ, 150 inġiniera u persuni li jaħdmu fil-kamp mediku.