
Lisa Marie Presley, l-unika wild tar-Re tar-Rock and Roll, tmut fl-età ta' 54 sena
Ommha Priscilla Presley tħabbar il-mewt ta' bintha kawża ta' attakk tal-qalb

More in Barranin
Ommha Priscilla Presley tħabbar il-mewt ta' bintha kawża ta' attakk tal-qalb
"Lisa kemm qed jiddispjaċini. Qed inħoss in-nuqqas tiegħek imma ċert li se nerġgħu niltaqgħu." Hekk qal l-attur John Travolta, hekk kif ftit sigħat ilu tħabbret il-mewt ta' Lisa Marie Presley, l-unika wild tal-Re tar-Rock and Roll' Elvis Presley.
Ommha Priscilla Presley, li għandha 77 sena, ħabbret il-mewt ta' bintha fl-età ta' 54 sena wara li kellha attakk tal-qalb ġewwa darha. Għal din l-aħbar xokkanti diversi ċelebritajiet ingħaqdu biex isellmu l-memorja tagħha inkluż il-Kantanta Pink u l-attriċi Leah Remini li qalet "għandi qalbi maqsuma bl-aħbar. Lisa ma kelliex ħajja faċli. Nispera li qed tistriħ fis-sliem ma' binha u missierha."
Presley kienet kantata u awtriċi tal-lirika. Ftit qabel il-mewt tagħha hija attendiet il-Golden Globe Awards ma' ommha u Austin Butler, l-attur li ħa l-irwol ta' missiera f'film dwar ħajtu u kif kiseb il-popolarità tiegħu fix-xena mużikali. Fil-fatt diversi nies kienu mħassba dwar saħħet Presley hekk kif iddeskrivewha bħal "fraġli li bdiet issibha diffiċli li timxi mingħajr għajnuna ta' xi ħadd."
Lisa Marie għaddiet minn diversi traġedji f'ħajjitha. Fil-fatt kien għad kellha disgħa' snin biss meta miet missierha. Fl-2020 Presley tilfet lil binha hekk kif għamel suwiċidju fl-età ta' 27 sena. Hija għandha wkoll tliet itfal oħra: Riley Keough ta' 33 sena, binha Benjamin Keough u Harper u Finley Lockwood tewmin ta' 14-il sena. Presley kienet miżżewġa wkoll ma' Michael Jackson u Nicholas Cage.