Jirrakkonta li tilef il-virġinità tiegħu ma' mara akbar minnu, li tħobb iż-żwiemel, ġo għalqa

Dan ġie żvelat fil-ktieb ta' Harry - li nħareġ qabel iż-żmien bi żball - fost ħafna rakkonti skandalużi oħra... 

Ritratt: Reuters
Ritratt: Reuters

L-eks Duka ta' Sussex Harry u l-Prinċep William talbu lil missierhom, ir-Re Karlu II biex ma jiżżewwġhiex lil martu Camilla Parker Bowles, il-mara li għal snin twal kienet il-maħbuba tiegħu anke waqt iż-żwieġ turbulenti ma' Lady Diana. Huwa żvela wkoll li tilef il-virġinità tiegħu ma' mara akbar minnu f'għalqa u meta għamel użu mill-kokaina. Dan ġie żvelat mill-ktieb ta' Harry stess, Spare, li nħareġ qabel skedat (fl-10 ta' Jannar) bi żball, fi Spanja. 

Fost l-aktar mumenti skandalużi irrakkontati, Harry stqarr li ħaseb li Camilla kienet se tkun 'evil step mother' bħalma naraw f'diversi films tat-tfal iżda saħaq li mal-ewwel biddel fehmtu. Madankollu huwa sostna li wara li ltaqgħu magħha formalment bħala l-maħbuba ta' missierhom, Harry u William talbuh biex ma jiżżewwġhiex. Sintendi, l-istorja turina li l-missier ma semax minn uliedu hekk kif iżżewweġ tmien snin wara l-mewt tal-eks mara tiegħu. 

Dik ma kinitx l-unika ħaġa li qal fuq Camilla. Fil-fatt huwa akkużaha li kienet tirrapporta u tagħti stejjer bil-moħbi lill-midja Ingliża filwaqt li għamel aċċenn għal każ partikolari ta' meta kien il-Ġermanja. Harry ta' spiss jitkellem kontra l-midja Ingliża għaliex poġġew lilu u lill-martu Meghan Markle f'dawl ikrah għal snin twal tant li wassal biex irriżenjaw mill-irwoli tagħhom fil-familja Rjali. Il-Prinċep William flimkien ma ħuh ikkonfrontaw lil Camilla dwar dan. Madankollu, ma ġiex żvelat aktar dettalji ta' x'kien l-eżitu, sa issa. 

Sess u Droga

Żvela li wara l-mewt ta' omm ir-Reġina Eliżabetta, meta kellu 17-il sena Harry kien ħa l-kokaina meta ma btala għall-kaċċa. Milli jidher, ġurnalist heddu li kien se jippubblika ritratt tiegħu jagħmel użu mid-droga iżda aktar tard kien żvelat mill-ġurnalist stess li dan ir-ritratt ma kienx jeżisti. 

Jidher li meta kellu 17-il sena kienet sena li żgur ma kienx se jinsiha hekk kif pjuttost waħda mill-aktar revelazzjonijiet li qanqlet reazzjonijiet kien meta Harry tilef il-virġinità tiegħu. Huwa qal li fl-2001 kellu x'jaqsam ma' mara ikbar minnu wara pub frekwentat minn diversi nies. "Kien wieħed mill-aktar mumenti imbarazzanti għalija." Huwa ddeskriva dan l-avveniment u qal li l-mara kienet tħobb iż-żwiemel u li "trattatni bħala żiemel żgħir." 

Lady Diana: William u Harry kienu jaħsbu li ommhom mhux veru mejta 

Harry mar lura għal meta sar jaf bl-aħbar traġika li ommhom Lady Diana Spencer mietet fl-1997, fl-età ta' 36 sena, kawża ta' inċident tat-traffiku meta s-sewwieq prova jaħrab mill-paparazzi. L-eks Duka, li dak iż-żmien kellu biss 12-il sena jiftakar li sab lil missieru fuq ħoġor is-sodda u qallu illu ommu kienet mietet kawża tal-ġrieħi li ġarrbet.

Huwa ammetta li għal xi żmien ma riedx jemmen li ommu kienet mejta iżda beda jaħseb li kienet moħbija x'imkien. Meta mar għand ħuh biex jgħidlu kien kien iħossu huwa ammetta li anke hu kellu dawk il-ħsibijiet, fil-passat. 

L-aħħar darba li ra lir-Reġina Eliżabetta II

L-aħħar darba li ra lil nanntu, r-Reġina Eliżabetta II, kien erbat 'ijiem qabel il-mewt tagħha f'Settembru li għadda. L-aħħar konverżazzjoni tagħhom kienet permezz ta' telefonata u spjega li t-tnejn iddiskutew dak li kien qiegħed jiġri f'Downing Street - li dak iż-żmien kien hemm kaos kbir minħabba r-riżenja tal-eks Prim Ministru Boris Johnson - u n-nixfa li kien hemm fl-Ingilterra. 

Tajjeb li nirrimarkaw li r-Reġina Eliżabetta u Harry kellhom relazzjoni tajba ħafna. Tant hu hekk li jingħad li huwa kien wieħed mill-favoriti tagħha. 

More in Barranin