Papa Benedittu XVI : Aktar minn 60,000 persuna mistennija tattendi għall-funeral tiegħu dalgħodu

Wara ċ-ċerimonja, il-Papa se jiġi trasportat fil-Bażilika u jindifen fl-ewwel qabar tal-Papa Ġwanni Pawlu II 

Dalgħodu aktar minn 60,000 persuna mistennija tattendi għall-funeral tal-Papa Benedittu XVI li miet fit-31 ta' Diċembru fl-età ta' 95 sena. 

Iċ-ċerimonja sempliċi, kif talab il-Papa Emeritu, se tkun qed issir fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.  Għall-ewwel darba fl-istorja, il-Papa se jkun qiegħed jindifen mis-suċċessur tiegħu, il-Papa Franġisku. 

Wara ċ-ċerimonja, it-tebut tal-Papa se jiġi trasportat fil-Bażilika u jindifen fl-ewwel qabar tal-Papa Ġwanni Pawlu II, li kien vakat meta ġisem il-Papa Ġwanni Pawlu indiden fil-Kappella, meta ġie ordnat qaddis. 

More in Barranin