Ħafna mill-Alpi huma ħodor minflok bojod bħalissa, miksijin bil-ħaxix minflok il-borra li fil-fatt mhix normali għal dan iż-żmien tas-sena. Dan hekk kif bħalissa ħafna mill-Ewropa qed tesperjenza temp li mhuwiex normali għal dan iż-żmien tas-sena, b'nuqqas ta' borra - xi ħaġa li qed timpatta wkoll u mhux ftit lill-industrija tal-iskiing.
Irqajja kbar ta' ħaxix u ġebel kien jidher fiċ-ċentri l-aktar popolari tal-iskiing fl-Ewropa, fosthom Innsbruck fl-Awstrija u Villars-Sur-Ollun fl-Iżvizzera.
Diversi partijiet tal-Ewropa qed jiffaċċjaw temperaturi ħafna ogħla minn normal bħalissa, b'temperaturi ta' madwar 19-il Grad Celsius fil-Polonja u saħansitra 25 Grad Celcius f'Bilbao, fi Spanja. L-Iżvizzera qed tbassar fost l-ogħla temperaturi rreġistrati f'dawn iż-żminijiet tas-sena filwaqt li t-temperatura se titla' għal 18-il Grad Celsius f'Delemont fi Franza.
Dan il-fenomenu qed ikompli jqajjem diskussjoni dwar l-effetti li qed iġġib magħha t-tibdil il-klima