Il-President Ukren fi triqtu lejn l-Istati Uniti fl-ewwel vjaġġ tiegħu minn meta bdiet il-gwerra

Hu mifhum li Zelensky se jkun qiegħed jindirizza wkoll il-Kungress Amerikan apparti laqgħat mal-President Joe Biden

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li jinsab fi triqtu lejn Washington fejn mistenni jiltaqa' mal-President Amerikan Joe Biden. 

Dan huwa l-ewwel vjaġġ ta' Zelensky barra mill-Ukrajna minn meta bdiet l-invażjoni Russa fi Frar li għadda.

Il-White House ukoll ikkonfermat dan il-vjaġġġ u anke kkonfermat li l-Amerka se tkun qed tagħti lill-Ukrajna diversi missili oħra li, fi kliemha, se jkunu qed iżidu sinifikament il-kapaċità tad-difiża Ukrena. 

Hu mifhum li Zelensky se jkun qiegħed jindirizza wkoll il-Kungress Amerikan u se jkollu diversi laqgħat oħra.

"Fi triqtli lejn l-Istati Uniti biex insaħħu r-reżiljenza u l-kapaċità difensiva tal-Ukrajna," kiteb Zelensky fuq Twitter. Dan kien vjaġġ sorpriża hekk kif ma tħabbarx qabel u Zelensky kiteb biss meta kien diġà qed jivjaġġa.

Zelensky laqa' diversi mexxejja fil-kapitali Kyiv tul l-aħħar xhur iżda qatt ma ħalla l-pajjiż minn meta bdiet l-invażjoni.

More in Barranin