Ġurnali Ġermaniżi qed jirraportaw li grupp tal-lemin estrem u eks militari ippjanaw li jidħlu fil-bini tal-Parlament, ir-Reichstag, b'attentat ta' kolp ta' stat u għaldaqstant jieħdu r-riedni f'idejhom.
Il-moħħ wara dan il-pjan kien raġel ta' 71 sena li kienu jirreferu għalih bħala Heinrich XIII. Fost dawk arrestati, kien hemm membri tal-moviment Ġermaniż estrem Reichsbürger. Fil-fatt il-Pulizija tal-lokal kienet ilha żmien tosserva lil dan il-grupp minħabba attakki vjolenti u teoriji bla bażi. Qiegħed jingħad li dan huwa każ estrem ta' estremiżu hekk kif lanqas iridu jirrikonoxxu li pajjiżhom evolva u m'għadux bl-istess prinċipji ta' snin ilu.
Minn l-istess rapporti irriżulta li dan il-grupp kellu fi ħdanu madwar 50 membru li għamlu konfoffa biex ineħħu l-Gvern mill-poter u minflok jirrennja Gvern ibbażat fuq il-prinċipji li kienet tħaddan il-Ġermanja fl-1871.