Il-Korea ta' Fuq tispara missila ballistika interkontinentali; Tiżdied it-tensjoni mal-Korea ta' Isfel

Din kienet is-seba’ missila ballistika interkontinentali ttestjata din is-sena mill-Korea ta’ Fuq bis-suspett ikun li hemm pjanijiet biex tkun ittestjata missila nukleari

Il-Korea ta’ Fuq sparat missila ballistika interkontinentali f’operazzjoni li qed tqajjem suspetti serji fost diversi pajjiżi, partikolarment il-Korea ta’ Isfel.

Din kienet is-seba’ missila ballistika interkontinentali ttestjata din is-sena mill-Korea ta’ Fuq bis-suspett ikun li hemm pjanijiet biex tkun ittestjata missila nukleari.

Madanakollu, il-militar tal-Korea ta’ Isfel qed jgħid li l-operazzjoni tal-bieraħ falliet. Qed jingħad li l-missila taret għal madwar 760 kilometru f’għoli ta’ 1,920 kilometru sakemm splodiet fix-xejn.

Dan kollu seħħ ġurnata wara li kemm il-Korea ta’ Fuq u anke ta’ Isfel sparaw għadd ta’ missili hekk kif it-tensjoni bejniethom tkompli tikber.

Fil-fatt, il-Korea ta’ Fuq sparat l-akbar ammont ta’ missili li qed sparat f’ġurnata waħda.

Dan kollu wassal biex il-Ġvern Ġappuniż ħareġ allarm ta’ emerġenza rari ħafna fejn ħeġġeġ lir-residenti ta’ wħud mir-reġjuni tat-tramuntana tal-pajjiż biex ma jibqgħu d-dar.

More in Barranin