Ir-Russja tipprova tikkonvinċi Afgani mgħallma mill-Amerikani biex jiġġieldu kontra l-Ukrajna

Eks uffiċjal tas-CIA Amerikan jitfa' l-ħtija fuq l-Istati Uniti għax ma żammewx il-wegħda tagħhom li joħorġu lil dawn is-suldati b'mod sikur mill-Iran 

Ir-Russja bħalissa qiegħda tipprova tikkonviċi suldati mill-Afganistan, mgħallma minn truppi Amerikani, biex jingħaqdu magħhom fil-gwerra kontra l-Ukrajna. Fil-fatt qed toffri paga ta' €1,500 fix-xahar filwaqt li qed twiegħed postijiet sikuri għall-familji tagħhom u eks-suldati Afgani. 

Ħafna minn dawn is-suldati ħarbu mill-Afganistan u marru l-Iran bil-biża' li jinqatlu mit-Talibani. Dan hekk kif is-sena l-oħra l-Amerikani mill-Afganistan wara ordni tal-President Amerikan Joe Biden. Rapporti qed jgħidu li dawn is-suldati qed jgħixu bil-biża' li jiġu deportati lura l-Afganistan. 

Intant il-Ġeneral Afgan Abdul Raof Arghandiwal qal li dawn, "ma jridux jiġġieldu, iżda ma għandhom l-ebda għażla."  

Min-naħa tiegħu eks uffiċjal tas-CIA (Central Intelligence Agency) Amerikan Michael Mulroy sostna li, "ma rnexxilniex noħorġu lil dawn is-suldati mill-Iran kif wegħdna. Issa ma għandhomx għażla u se jkollhom jingħaqdu mal-għedewwa tal-Amerikani għal żewġ raġunijiet; biex jibqgħu ħajjin jew sforz ir-rabja li għandhom." 

Huwa temm jgħid li dawn is-suldati għandhom ħiliet kbar u "ma rrid narahom fuq l-ebda kamp tal-battalja, wisq aktar jiġġieldu lill-Ukreni."  

More in Barranin