Qorti fi New York ma ssibx lill-attur Kevin Spacey ħati ta' abbuż sesswali

L-Avukat tiegħu Jennifer Keller iżda esprimiet sodisfazzjon li l-ġurija indunat li dawn kienu allegazzjonijiet foloz u sostniet illi l-pass li jmiss hu li Spacey jkun ippruvat innoenti fuq kull ħaġa li kien akkhżat biha 

Kevin Spacey
Kevin Spacey

Wara d-deliberazzjoni tagħha ilbieraħ Qorti fi New York ma sabitx lill-attur ta' 63 sena Kevin Spacey - magħruf għal diversi rwoli li kellu, b'mod speċjali fis-serje House of Cards - ħati li sesswalment abbuża lil Anthony Repp meta dan kellu 14-il sena, fl-1986. 

Il-ġurija - magħmula minn ħames irġiel u sitt nisa - iddeliberaw għal siegħa u nofs qabel ma ddeċidew li Rapp ma stegħax jipprova l-allegazzjonijiet iefħu kontra Spacey. 

Wara li nqara l-verdett Spacey niżżel radu 'l isdel u wara għannaq lill-avukati tiegħu iżda ma qal xejn lill-ġunalisti li kienu jinsabu barra l-bina tal-Qorti. L-Avukat tiegħu Jennifer Keller iżda esprimiet sodisfazzjon li l-ġurija indunat li dawn kienu allegazzjonijiet foloz u sostniet illi l-pass li jmiss hu li Spacey jkun ippruvat innoenti fuq kull ħaġa li kien akkhżat biha u li ma kien hemm ebda verità f'dawn l-allegazzjonijiet, inkluż l-akkużi wkoll li sarulu fir-Renju Unit. 

Fuq Twitter Rapp qal illi kien grat għall-opportunità li kellu li jressaq il-każ quddiem purija u sostna li dan kien każ li permezz tiegħu inxtegħel dawl ta' "moviment ħafna akbar kontra l-vjolenza sesswali." 

More in Barranin