Ġappun | Disa' miljun persuna mitluba jevakwaw wara tifun qawwi li qed jolqot il-pajjiż

Il-maltemp diġà ħalla żewġ vittmi minn meta laqat il-gżira ta' Kyushu

Disa’ miljun persuna ngħataw parir biex jitilqu minn djarhom u jsibu post aktar sigur hekk kif il-Ġappun qed jintlaqat minn maltemp kbir li ilu diċenji ma jara bħalhom.

It-tifun Nanmadol diġà ħalla żewġ vittmi u għexieren ta’ persuni feruti hekk kif laqat il-griża ta’ Kyushu. Persuna oħra tinsab nieqsa.

L-awtoritajiet u anke l-uffiċjali tas-salvataġġ qed iwissu dwar għargħar kbar li mistennija jolqtu diversi partijiet tal-pajjiż.

350,000 dar diġà spiċċaw bla provvista tal-elettriku.

F’xi bliet u vilaġġi qed ikun imbassar li fl-24 siegħa li ġejjin se tkun qed tinżel 400 milimetru ta’ xita.

It-tifun qed jikkawża riħ li qed ilaħħaq il-234 kilometru fis-siegħa. Dan huwa ekwivalenti għal urugan ta’ kategorija ħamsa.

More in Barranin