Malta, l-uniku pajjiż barra mir-Renju Unit li r-Reġina Eliżabetta setgħet issejjaħ 'id-dar'
Ritratti juru diversi żjarat lir-Reġina Eliżabetta għamlet f'Malta tul ħajjitha
minn Yendrick Cioffi
L-uniku pajjiż, barra mir-Renju Unit, li r-Reġina Eliżabetta II ddeskriviet bħala “d-dar” kienet Malta, il-pajjiż li fih għexet l-ewwel snin taż-żwieġ tagħha flimkien mal-Prinċep Filippu.
Eliżabetta II, dak iż-żmien Prinċipessa, għexet f’Malta bejn l-1949 u l-1951. Huma kienu jgħixu f’Villa fi Guardamangia, liema Vella hemm pjanijiet li tinbidel f’Mużew iddedikat lilha.
Wara li saret Reġina, Eliżebetta II żaret Malta sitt darbiet.
Fl-1954, ir-Reġina Eliżebetta flimkien mal-Prinċep Filippu, ġew Malta bħala parti minn vjaġġ li għamlu tal-pajjiżi tal-Commonwealth.
Ir-Reġina żaret Malta mill-ġdid fl-1967. Malta kienet għadha kemm saret Indipendenti iżda hi kienet għadha r-Reġina tagħha.
Żaret Malta mill-ġdid fl-1992 meta Malta ċċelebrat il-50 anniversarju mill-għotja tal-George Cross.
Għaddew 13-il sena biex ir-Reġina reġgħet ġiet Malta. Fil-fatt, hija żaret Malta fl-2005 u l-2007.
Fl-2005 kienet saret f’Malta l-laqgħa taċ-CHOGM, jiġifieri l-laqgħa li fiha jiltaqgħu l-mexxejja tal-pajjiżi tal-Commonwealth.
L-istess sar fl-2015 meta Malta reġgħet ospitat lill-mexxejja tal-Commonwealth. Matul dik iż-żjara, il-koppja Rjali kienu ċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom f'Malta.