Fil-kommunità ta' James Smith Cree Nation, fil-Kanada, 13-il persuna nstabet mejta u 15 oħra sfaw midruba f'dak li ġie deskritt bħala wieħed mill-aktar attakki vjolenti fuq il-massa, li ħalla diversi fatalitajiet fil-Kanada. Hekk qal il-Prim Ministru Justin Trudeau fi stqarrija hekk kif iddikjara stat ta' emerġenza fil-kommunità. Dan filwaqt li t-tfittixja għall-allegati agressuri għadha għaddejja.
Ir-residenti ta' Saskatchewan, Manitoba u Alberta - reġjun li huwa kbir daqs nofs l-Ewropa - ġew informati li f'dawn iż-żoni hemm possibilità li s-suspettati kienu qed jinħbew mill-ġustizzja u għaldaqstant wissiet biex ma jafdaw lil ħadd, ma joħorġux minn djarhom u ma jtellgħux nies li ma jafux fil-vetturi tagħhom waqt li jkunu qed isuqu. Din iż-żona hija waħda remota, b'popolazzjoni ta' 2,000 persuna u 200 resident, l-agressuri bdew iħabbtu bieb bieb u jattakkaw lir-residenti.
Uffiċjali tal-Pulizija tal-lokal saħqu li jaf hemm aktar minn 15-il persuna li ġiet midruba li marru l-Isptar għall-kura huma stess. Filwaqt li ma ngħatat l-ebda indikazzjoni għaliex sar dan l-attakk, u jekk kienx hemm xi motiv partikolari, uffiċjal issuġġerixxa li dan jista' jkun li huwa ikkawżat minn użu ta' droga.
X'jafu fuq l-allegati agressuri?
Is-suspettati f'dan il-każ ġew identifikati bħala Myles Sanderson ta' 30 sena u Damien Sanderson ta' 31 sena. Il-Pulizija għadha ma tafx il-konnessjoni taż-żewġ allegati agressuri. Minkejja li dawn kienu qed jagħmlu użu minn vettura tat-tip Nissan Rogue, hemm il-possibilità li biddlu l-vettura.
Minkejja li t-tfittxija se tieħu ħin twil, kawża tal-kobor taż-żona, il-Pulizija qed tissuspetta li jinsabu f'belt partikolari. Fil-fatt hemm diversi uffiċjali stazzjonati hemm.