Tard ilbieraħ filgħaxija, il-midja Russa ħabbret il-mewt tal-eks mexxej tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev.
Gorbachev kellu 91 sena, u kien ilu żmien twil marid.
L-aħbar tal-mewt tiegħu ingħatat mill-media Russa.
Ħafna jiftakru l-laqgħa storika li saret f'Malta fl-1989 bejn Gorbachev u l-President Amerikan eżatt wara l-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin.
Fis-summit ta’ Malta, Bush u Gorbachev kienu qablu biex itemmu dik li kienet tissejjaħ il-Gwerra Bierda.
Gorbachev kien ħa t-tmexxija ta’ pajjiżu fl-1985 anke jekk ma rnexxilux jevita l-qasma ta’ dik li kienet l-Unjoni Sovjetika fl-1991.
Mikhail Gorbachev kien ingħata wkoll il-Premju Nobel għall-Paċi. Dan filwaqt li dejjem imbotta ‘l quddiem il-kunċett tal-libertà tal-espressjoni.