L-aħħar suldati Ukreni f'Mariupol jiġu evakwati... Ir-Russi jaslu wkoll fl-impjant tal-azzar

Ir-Russi bi pjan ta' referendum biex jiġi ddeterminat jekk Mariupol tingħaqadx mar-Russja, jew le

L-impjant tal-azzar Azovstal f'Mariupol
L-impjant tal-azzar Azovstal f'Mariupol

Mariupol tinsab mumenti 'l bogħod minn taħt il-ħakma Russa. Sa' issa aktar minn 260 suldati Ukreni ġew evakwati minn Azovstal, impjant ta' azzar, li bħalissa jinsab imfarrak. Dan ikkonfermah id-Deputat Ministru għad-Difiża Ukrena Anna Maylar. Hija saħqet li fis-sigħat bikrin ta' nhar it-Tlieta li għadda 53 suldati ġew midruba serjament u kellhom jittieħdu l-Isptar f'Novoazovsk. Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy saħaq li l-Ukrajna għadha qed taħdem biex tevakwa b'mod sigur it-truppi li għad fadal f'dan l-istess impjant. 

Tajjeb li nfakkru li Azvostal, fil-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna, kienet simbolu ta' reżistenza għaċ-ċittadini Ukreni. Ġo fih kien hemm madwar 600 truppi li baqgħu jiġġieldu biex jipproteġu l-impjant minkejja li l-bqija tal-belt spiċċat f'idejn ir-Russi. 

"Grazzi għall-dawk is-suldati li ddefendew Mariupol, l-Ukrajna rnexxielha tikseb aktar ħin. Għamlu dak kollu li kien mistenni minnhom, iżda huwa mpossibli li timblokka l-aċċess għall-Azovsal b'mod militari," spegat Maylar.

'Diġà bdejna naraw l-integrazzjoni tas-sistema Russa f'Mariupol' 

Skont rapporti minn uffiċjali Ukreni, Moska tinsab fi preparazzjoni biex tagħmel referedum f'Mariupol biex tiġi determina jekk il-belt hux se tingħaqad mar-Russja, jew le. 

Nhar is-sibt il-konsulent tas-Sindku ta' Mariupol, Petro Andryushchenko qal li, "għandna xi informazzjoni li l-awtoritajiet Russi qed jippreparaw għal refendum, iżda dan għadu mhux ikkonfermat. Madankollu maż-żmien qed naraw aktar l-integrazzjoni tas-sistema Russa f'Mariupol. Bħal pereżemju s-sistema edukattiva, is-sistemi bankarji u aktar fost l-oħrajn." 

More in Barranin