Jiħraxu l-attakki fuq Kyiv; Tmienja jinqatlu f'attakk li ġarraf ċentru kummerċjali u diversi djar

Komplew ukoll l-attakki ħorox fuq il-belt ta' Mariupol li qed tibqa' tirreżisti u saħansitra ċaħdet talba mir-Russi biex iċċedi

Minn tal-inqas tmien persuni tilfu ħajjithom hekk kif komplew l-attakki mir-Russja fuq il-kapitali Ukrena Kyiv.

Waqt dan l-attakk ġie milqut ċentru kummerċjali u anke diversi djar.

Intant komplew l-attakki qalila fuq il-belt ta’ Mariupol li fl-aħħar jiem u sigħat kienet fil-mira ta’ attakki ħorox, fejn ġew milquta sptarijiet u anke skejjel.

Minkejja dan, l-awtoritajiet ta’ din il-belt ma jridux iċedu. Ir-Russi talbu lil din il-belt biex iċċedi uffiċjalment u jitħallew jiġu evakwati r-residenti li għadhom qed jistkennu fiha.

Intant, il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, mistenni jżur il-Polonja fil-jiem li ġejjin għal diskussjonijiet dwar kif tista’ tingħata aktar għajnuna lill-poplu Ukren.

More in Barranin