Ritratti meħuda mis-satelliti juru li l-konvoj militari Russu issa jinsab ftit biss ‘il bogħod mill-kapitali Ukrena Kjiv.
Fl-aħħar jiem, dan il-konvoj kien statitu iżda reġgħu ġew innotati movimenti fl-aħħar sigħat.
Skont l-esperti, parti mill-konvoj issa jinsab mifrux u parzjalment stazzjonat viċin bliet oħra. Il-Ministru għad-Difiża Ingliż qed jisħaq li kollox jindika li r-Russja tinsab lesta biex tattakka mill-ġdid lill-kapitali Kjiv.
Dan fl-istess ħin li l-Ukrajna qed tisħaq li fl-aħħar sigħat, diversi bliet spiċċaw fil-mira ta’ attakki qalilha.
Fost dawn, kienu rrapportati akkatti f’Lutsk, b’mod partikolari fuq l-ajruport u anke fabbrika li taħdem il-magni tal-ajruplani.
Kien hemm ukoll attakk bl-ajru f’Dnipro. Persuna waħda kienet irrapportata mejta f’dan l-attakk.
“Il-bliet il-kbar Ukreni huma fil-mira ta’ attakki devastanti,” qal wieħed mill-konsulenti tal-President Ukren.
Intant, skont il-midja tal-istat Russa, il-belt Ukrena ta’ Volnovakha issa tinsab f’idejn forzi separatisti li huma favur ir-Russja.
Aqra wkoll: