Il-Carabinieri jkissru ċirku ta' kriminali li kienu jitraffikaw id-droga fi Sqallija u Malta

Il-Carabinieri arrestaw xejn inqas minn 12-il persuna li huma assoċjati wkoll mal-Mafja

Il-Pulizija Taljana kissret ċirku kriminali li kien jimporta l-kokaina u l-marijuana mill-Albanijia u l-Olanda biex imbagħad jittraffika d-droga fi Sqallija u Malta.

Fil-fatt, il-Carabinieri arrestaw xejn inqas minn 12-il persuna waqt operazzjoni li laqmuha Alter Ego. Huma ġew arrestati fi Sqallija.

Tlett irġiel inqabdu fil-fatt iħottu kaxxi tal-għaġin minn vettura. Fihom kien hemm 242 kilo marijuana.

Il-grupp, li huwa assoċjat ukoll mal-Mafja, jimporta d-droga mill-Albanija, l-Olanda u anke jixtriha mir-reġjuni Taljana ta’ Kalabrija u anke l-Puglia.

Eventwalment, id-droga kienet tinbigħ fir-reġjun ta’ Sirakusa fi Sqallija u anke Malta.

Sa issa ma ngħatawx aktar dettalji dwar il-konnessjoni ta’ dan il-grupp ma’ Malta. 

More in Barranin