Il-pandemija toħloq 8.4 miljun tunnellata skart tal-plastik

L-isptarijiet joħolqu 87.4% tal-iskart tal-pastik

Riċerka żvelat li bħalissa fl-ibħra ta’ madwar id-dinja hemm total ta’ għal 26,000 tunnellata start tal-plastik, ekvivalenti għal 2,000 double decker. Dan kollu kawża tal-pandemija. L-ammonti kbar ta’ skart li nġema' minn ilbies protettiv (PPE) bħal maskri u ngwanti, kienu wisq kbar biex il-pajjiżi jlaħħqu magħhom.

Sa’ mill bidu tal-pandemija sa’ issa ġie stmat li 193 pajjiż ħoloq 8.4 miljun tunnellata skart tal-plastik. Yiminh Peng u Peipei Wu mill-Università Nanjing u l-awturi tar-riċerka, saħqu li, “il-Covid-19 wassal għal domda kbira ta’ oġġetti magħmula minn plastik tat-tip single-use (oġġetti li jintremew wara l-użu) u din intensifikat il-problema eżistenti, bla kontroll, li qed taffaċja d-dinja.”

Xjentisti qed jgħidu li sa’ tmiem iċ-ċentinarju l-plastik kollu, assoċjat mal-pandemija, se jkun jew f’qiegħ il-baħar jew fuq il-bajjiet innifishom. Studju f’Marzu ippreżenta l-ewwel każ ta’ ħuta maqbuda f’ingwanta, li normalment tintuża fis-settur mmediku, fl-Olanda. Minn naħa l-oħra, fl-Brażil, kienet instabet maskra fl-istonku ta’ pingwin mejjet.

Iżda minn fejn ġej dan l-iskart ?

Studju ċiniż indika li 46% tal-iskart tal-plastik ġie mill-kontinent Asjatiku, kawża tal-ammont kbir ta’ nies li jilbsu l-maskri. Dan segwit mill-kontinent Ewropew b’24%. Warajhom hemm l-Amerika t’isfel b’16%, l-Afrika b’8% u l-Amerika ta’ ful b’6%.

Peng u Wu qalu li r-riċerka tagħhom tindika li 87.4% tal-iskart, ikkawżat mill-pandemija, kien qiegħed jinħoloq mill-isptarijiet, aktar milli minn użu individwali ta’ ilbies protettiv.  Użu ta’ PPE minn individwu jammonta biss għal 7.6%, filwaqt li ppakkjar ta’ oġġetti, fosthom ta’ xiri online, ammonta għal 4.7% u 0.3% għal kits tal-ittestjar (swab-tests).

“Ħafna mill-plastik ġej mill-iskart mediku iġġenerat mill-isptarijiet. L-kontribuzzjoni ta’ ppakjar u PPEs kienet ħafna iżgħar. Din ħolqot problema fit-tul għall-ambjent u l-oċeani u qed jakkumulaw fuq il-bajjiet, ” saħqu fir-rapport tar-riċerka.

More in Barranin