Monument ta' Medusa fil-qalba ta' New York biex ifakkar fil-vittmi tal-abbuż sesswali

Fi New York | Il-moviment #MeToo rrapreżentat minn Medusa żżomm ir-ras mħanxra ta' Perseus

L-iskultura, intitolata 'Medusa With the Head of Perseus', hija tal-artist Arġentin-Taljan Luciano Garbati
L-iskultura, intitolata 'Medusa With the Head of Perseus', hija tal-artist Arġentin-Taljan Luciano Garbati

Dalwaqt fi New York se jkun qed jiġi nstallat monument tal-bronż ta' Medusa sabiex ifakkar vittmi tal-abbuż sesswali fl-Istati Uniti.

L-iskultura, intitolata 'Medusa With the Head of Perseus', hija tal-artist Arġentin-Taljan Luciano Garbati, u se tkun installata f'ġnien pubbliku faċċata tal-Qorti Kriminali ta' Kontea f’ New York, propju fejn Harvey Weinstein għadda ġuri. Il-kundanna tiegħu f’Marzu ġiet iċċelebrata bħala trijonf għall-moviment #MeToo.

Medusa kienet dejjem il-mara l-ħażina li tbiddel l-irġiel f'ġebel fl-istejjer li konna nisimgħu, iżda fanatiċi tal-mitoloġija Griga jafu li l-istorja ta' Medusa hi ferm iktar interessanti.

Fil-mitoloġija Griega, jingħad li Medusa ġiet stuprata minn Poseidon, l-Alla tal-baħar. Għaldaqstant, minflok jiffaċja l-konsegwenzi Poseidon, Medusa ġiet akkużata b'gideb u Athena, l-Alla tal-gwerra, saħritha b’xagħar magħmul mis-sriep, ġilda ħadranija filwaqt li kull min iħares lejha kien jinbidel f’ġebel.

L-istorja tkompli b'Perseus, iben l-Alla tas-sema, Zeus. Perseus,  skont l-istess mitoloġija, kien l-unika raġel li rnexxielu jħares lejn Medusa mingħajr ma jsir ġebel. Kien Perseus stess li qatel lil Medusa waqt l-irqad. 

Minħabba li l-ħarsa ta' Medusa biddlet lil dawk kollha li ħarsu lejha għall-ġebel, Perseo ggwida ruħu mir-riflessjoni tagħha fi tarka mogħtija lilu minn Athena stess u ħanxar lil Medusa waqt l-irqad. Skultura famuża ‘Perseus with the head of Medusa', saħansitra ċċelebratha dan il-qtil.

More in Barranin