Ġlieda għall-kustodja tat-tifel li salva mill-inċident tal-funikular fl-Italja

Il-Qorti Taljana kienet tat kustodja lil zitu, iżda il-qraba tal-iċkejken fl-Iżrael talbu l-kustodja tiegħu wkoll

L-awtoritajiet Taljani nedew investigazzjoni wara li tifel, l-unika persuna li salvat il-ħabta fatali ta’ funikular f’Mejju, ittieħed l-Iżrael minn nannuh. 

Il-gazzetta Taljana, Italy's Corriere della Sera, rraportat kif in-nannu saq lit-tifel lejn Lugano fl-Isvizzera, fejn telgħu abbord l-ajruplan privat lejn Tel Aviv. Hu ħa din id-deċiżjoni għax emmen li t-tifel kien "f'kundizzjoni mentali u fiżika" fqira. Fil-fatt f'intervistà ma' stazzjon tar-radju Iżraeljan, nannuh sostna li hu "mhux ħataf lit-tifel iżda ħadu d-dar tiegħu." Min-naħa tagħha z-zija qalet li din hi biss "traġedja oħra għat-tifel."

L-Istorja ta' Eitan wara l-inċident

Wara li t-tifel ta' sitt snin inħeles mill-isptar, hu mar joqgħod maz-zija tiegħu fl-Italja stess iżda il-qraba tal-iċkejken fl-Iżrael talbu l-kustodja tiegħu. Il-Qorti Taljana tat kustodja tat-tifel lil zitu minħabba li l-ġenituri tiegħu, ħuh iż-żgħir u tnejn min-nanniet kienu fost l- 14-il persuna maqtula f'dan l-inċident.

Il-familja ta' Eitan kienu ilhom jgħixu fl-italja u għalhekk li l-Qorti Taljana tat il-kustodja tat-tifel lil zitu. Intant is-Sibt li għadda, nannuh li mar joqgħod l-Italja wara l-inċident, ħa lit-tifel l-Iżrael permezz ta' ajruplan privat wara dik li suppost kellha tkun ħarġa fil- kampanja. Diplomatiċi Iżraeljani kkonfermaw il-wasla tat-tifel.

Dak li seħħ fl-Italja lura f'Mejju

L-inċident tal-funikular seħħ lura f'Mejju meta l-karozza waqgħet 20 metru għal ġol-ġenb tal-muntanja Mottarone ħdejn il-Lag Maggiore fit-tramuntana tal-Italja b'veloċità medja ta' 100KMpH.

Tlettax-il persuna kienu mietu fuq il-post, inkluż tifel ta’ sentejn, ħu Eitan Biran, u erba' membri tal-familja tiegħu. Żewġt itfal inkluż Eitan kienu ttieħdu l-isptar iżda kien l-iċkejken Eitan biss li salva.

L-investigazzjoni dwar il-kawża tal-inċident għadha għaddejja, iżda l-prosekuturi jemmnu li l-brejkijiet tal-emerġenza tal-karozza kienu intenzjonalment diżattivati. 

More in Barranin