'L-UE għandha taċċetta b'mod immedjat immigranti Afgani li huma f'periklu' - Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju Ylva Johansson talbet lill-Istati Membri biex "iħaffu" l-operazzjonijiet tagħhom biex jieħdu refuġjati

Il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni, Ylva Johansson, tkellmet fuq il-ġrajjiet kurrenti motivati minn dak li qed jiġri fl-Afganistan u insitiet li "l-UE għandha taċċetta b'mod immedjat immigranti Afgani li huma f'periklu". Dan wara li xi mexxejja Ewropej, fosthom il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel u l-President Franċiż Emmanuel Macron, staqsew x'se jkun qed jiġri fil-ġimgħat li ġejjin.

Johansson talbet lill-Istati Membri biex "iħaffu" l-operazzjonijiet tagħhom biex jieħdu refuġjati.

"Ġurnalisti, membri ta' NGOs u avukati tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan huma fost dawk li huma l-iktar f'riskju, b'mod partikolari n-nisa," qalet il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni.

Johansson irrepetiet t-talba tal-President Franċiż Emmanuel Macron għal mekkaniżmu robust biex jipprevjeni kwalunkwe traffikar uman milli jseħħ billi jieħdu vantaġġ minn Afgani vulnerabbli li jippruvaw jaħarbu lejn il-punent.

"Aħna m'għandniex nistennew sakemm in-nies jaslu fil-fruntieri esterni tal-UE. Din mhix soluzzjoni. Għandna nżommu lin-nies milli jiġu lejn l-UE permezz ta' rotot mhux siguri, irregolari u mmexxija mill-kuntrabandisti," kompliet tgħid.

More in Barranin