Iċ-Ċina titfa' 9.2 miljun persuna f'lockdown wara li nstabu 76 każ ġdid ta' Covid-19

Minn meta feġġ il-virus f'Wuhan, iċ-Ċina mhu qed tieħu l-ebda riskju aktar u aktar issa biex tikkontrolla l-imxija tal-varjant Delta

Fl-aħħar sigħat iċ-Ċina rraportat 76 każ ġdid ta’ Covid-19. Minkejja li n-numru jidher wieħed insifikanti, meta wieħed jikkumpara dan mal-popolazzjoni, dan qed jinkwieta lill-awtoritajiet hekk kif din kienet l-ogħla żieda minn Jannar.

Minn dawn, 40 każ huma trasmissjoni lokali. Dan wassal biex miljuni ta’ persuni jkunu mitluba jmorru jagħmlu test, fil-provinċja ta’ Jiangsu.

Fejn tidħol il-pandemija, li oriġinat mill-Belt ta’ Wuhan fl-2019, iċ-Ċina mhux qed tieħu riskji u kull meta jkun hemm żieda, anke jekk żgħira, ingħalqu bliet sħaħ.

Fil-fatt, eluf ta’ persuni jinsabu taħt lockdown fil-kapitali tal-provinċja Jiangsu, Nanjing. Dan sakemm 9.2 miljun resident qed isirilhom it-test.

Jidher li din iż-żieda ta’ każi kienet marbuta mal-ivjaġġar domestiku bejn provinċja u oħra.

More in Barranin