Imut il-ġurnalist Peter de Vries, l-Olandiż li sparawlu ġimgħa ilu f'Amsterdam

De Vries sar famuż bir-rapportaġġ tal-ħtif tal-birrar miljunarju Freddy Heineken fl-1983

Il-Ġurnalist investigattiv Peter de Vries miet ftit iktar minn ġimgħa wara li sparawlu f'rasu, fiċ-ċentru ta' Amsterdam. Dan kien irrapurtat mill-midja wara li ħarġet dikjarazzjoni mill-familja tal-ġurnalist veteran. 

Lil de Vries sparawlu minn tal-inqas ħames darbiet inkluż mill-inqas darba f'rasu, l-Ħadd 6 ta' Lulju. Hu kien fi triqtu għal parkeġġ fil-Lange Leidsedwarsstraat minn studjo tat-televiżjoni fil-qrib. Huwa kellu 64 sena.

De Vries sar famuż bir-rapportaġġ tal-ħtif tal-birrar miljunarju Freddy Heineken fl-1983. Il-ġurnalist kellu programm tat-televiżjoni għal 17-il sena fejn segwa każijiet mhux solvuti u espona korrimenti tal-ġustizzja.

Il-ġurnalist, li fil-passat ingħata protezzjoni mill-pulizija wara li rċieva theddid ta’ mewt, kien mis-sena li għaddiet aġixxa bħala konsulent tax-xhud ewlieni tal-prosekuzzjoni kontra Ridouan Taghi, magħruf bħala l-iktar kriminali mfittex fl-Olanda.

More in Barranin