Is-Sotto Segretarju tas-Saħħa Taljan, Andrea Costa, ikkonferma li fl-ewwel għaxart ijiem tax-xahar ta' Lulju, anke d-diskoteki fl-Italja se jkunu jistgħu jiftħu.
Waqt intervista fuq RTL, Costa saħaq li d-dħul fid-diskoteki se jkun limitat għal dawk li jkollhom f'idhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Insista li d-deċiżjoni ttieħdet illum u ħabbar dan ftit wara laqgħa li kellu mal-Ministru għas-Saħħa Taljan, Roberto Speranza.
Qal li aktar tard din il-ġimgħa se tkun qed tingħata d-data preċiża meta dawn se jiftħu, hekk kif sa issa, dan huwa l-uniku settur fl-Italja li għadu magħluq.