Xeni ta’ ferħ fl-ajruport ta’ Aukland hekk kif l-Awstraljani setgħu jivjaġġaw mingħajr ħafna restrizzjonijiet għall-ewwel darba’ f’sena.
Fil-fatt, iż-żewġ pajjiżi ħolqu bejniethom dik li qed tissejjaħ ‘bużżieqa tal-ivjaġġar’ fejn iċ-ċittadini taż-żewġ pajjiżi mhux se jkollhom bżonn jagħmlu kwarantina meta jivjaġġaw.
Eluf ta’ passiġġieri qabdu titjira bejn iż-żewġ pajjiżi fl-aħħar sigħat.
Iż-żewġ pajjiżi żammew taħt kontroll l-imxija tal-Covid-19 bis-saħħa ta’ restrizzjonijiet iebsa li damu xhur.
Fost oħrajn, iż-żewġ pajjiżi għalqu l-fruntieri tagħhom f’Marzu tas-sena li għaddiet u daħlu fis-seħħ kwarantina mandatorja għal kull min jidħol fil-pajjiż, anke jekk ċittadini li qed jirritornaw.
Minn Otttubru, vjaġġaturi min-New Zealand tħallew jidħlu l-Awstralja mingħajr bżonn ta’ kwarantina, iżda mhux bil-kontra.
Biex jivjaġġaw taħt din ‘il-bużżieqa tal-ivjaġġar,’ il-passiġġieri jridu jkunu qattgħu 14-il ġurnata, qabel it-tluq tagħhom, jew fl-Awstralja jew fi Zew Zealand.