Il-KE mistennija tippreżenta l-pjan tagħha dwar ċertifikat tal-UE għall-vaċċinazzjoni

L-għan huwa li dan iċ-ċertifikat jerġa' jagħti spinta lill-industrija tat-turiżmu li qalgħet daqqa qawwija minħabba l-pandemija

Ritratt: Politico
Ritratt: Politico

Il-Kummissjoni Ewropea llum mistennija tippreżenta l-proposta tagħha għal ċertifikat tal-Unjoni Ewropea għall-vaċċinazzjoni, bil-għan tiegħu jkun li jerġa' jagħti spinta lill-industrija tat-turiżmu li qalgħet daqqa qawwija minħabba l-pandemija.

Dak li qed jissejjaħ bħala Green Pass se jkun qed jippermetti lill-Ewropej biex ikunu jistgħu jsiefru mill-ġdid b'mod sigur.

Dan mistenni juri tliet affarijiet.

L-ewwel u qabel kollox dan iċ-ċertifikat se jkun qed juri jekk persuna tkunx ġiet imlaqqma b'vaċċin approvat mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina (EMA).

Esperti huma mħassba dwar dan, anke għax eluf ta' Ewropej ħadu l-vaċċin li ġie żviluppat u li qed jintuża fir-Russja u anke b'vaċċin ieħor Ċiniż. L-ebda wieħed minn dawn il-vaċċini ma ġie approvat mill-EMA.

Il-passaport se jkun qed juri wkoll kwalunkwe test negattiv li persuna tkun għamlet u anke jgħid jekk persuna kinitx pożittiva għall-Covid-19 u fieqet.

More in Barranin