Għexieren ta' arjuplani tat-tip Boeing 777 mhux qed jintużaw wara l-inċident f'Denver

Nhar is-Sibt, ajruplan tal-istess tip kien sfurzat jirritorna lura fl-ajruport ta’ Denver minħabba ħsara f'waħda mill-magni

Il-kumpanija Amerikana tal-manifattura tal-Ajruplani, Boeing, irrakkomandat li għexieren ta’ ajruplani tagħha, tat-tip 777, ma jibqgħux itiru għalissa, wara li wieħed mill-ajruplani sofra minn ħsara kbira f’waħda mill-magni tiegħu.

L-ajruplan, li kien qed iġorr 231 passiġġier, kien sfurzat jirritorna lura fl-ajruport ta’ Denver, nhar is-Sibt li għadda, minħabba l-ħsara.

Filmati u anke ritratti juru l-ħsara li seħħet fuq il-magna, b’partijiet mill-istess magna jispiċċaw jaqgħu f’toroq u anke viċin djar. 

United Airlines u anke żewġ linji tal-ajru ewlenin fil-Ġappun waqqfu jużaw madwar 62 ajruplan.

Anke l-Korean Air qalet li se twaqqaf sitt ajruplani milli joperaw.

B’kollox, il-kumpanija Boeing qalet li madwar 128 ajruplan, bl-istess magna, għandhom għalissa jieqfu joperaw sakemm tintemm l-investigazzjoni.

Partijiet mill-magna tal-ajruplan li spiċċaw ħdejn id-djar tan-nies

More in Barranin