Trump jirritorna l-White House u jgħid lill-Amerikani li ma għandhomx għaliex jibżgħu mill-Covid-19

Ta' min ifakkar li l-Istati Uniti kellha 'l fuq minn 7.6 miljun każ u b'kollox 215,032 persuna tilfu ħajjithom

Il-President Amerikan Donald Trump irritorna l-White House wara li għamel jumejn fi sptar jirċievi trattament għall-Covid-19. Kif imdorri, Trump għamel dan bil-pompa u minkejja li għadu pożittiv għall-Covid-19, ħareġ fuq waħda mill-gallarijiet tal-White House (Truman Gallary) u neħħa l-maskra.

Qabel ma ħalla l-isptar, Trump kiteb fuq Twitter jisħaq mal-Amerikanni li ma għandhomx għaliex jibżgħu mill-Covid-19.

"Tħalluhiex tiddomina ħajjitkom," insista l-President Amerikan waqt li ħabbar li dalwaqt se jkun qed ikompli bil-kampanja elettorali tiegħu.

Ta' min ifakkar li l-Istati Uniti kellha 'l fuq minn 7.6 miljun każ u b'kollox 215,032 persuna tilfu ħajjithom.

Apparti Trump, anke martu Melania Trump u diversi persuni viċin tiegħu għandhom il-coronavirus.

More in Barranin