Covid-19 | L-Islovenja wkoll tneħħi lil Malta minn fuq il-lista tal-aktar pajjiżi siguri

Anke jekk Malta ma tpoġġitx fil-lista mal-pajjiżi l-aktar perikolużi, il-Gvern tal-Islovenja qed iwissi kontra s-safar mhux neċessarju

Il-Gvern tal-Islovenja neħħa lil Malta, flimkien ma’ xi pajjiżi oħra, minn fuq il-lista tal-pajjiżi meqjusa siguri għas-safar u dan wara l-aħħar żieda fil-każi ta’ Covid-19.

Anke jekk Malta ma tpoġġitx fil-lista mal-pajjiżi l-aktar perikolużi, il-Gvern tal-Islovenja qed iwissi kontra s-safar mhux neċessarju lejn Malta.

Ma’ Malta, l-Islovenja neħħiet ukoll liċ-Ċekja, l-Iżvizzera u anke xi reġjuni fi Spanja mil-lista l-ħadra u poġġiethom fil-lista s-safra.

Dan ifisser li kwalunkwe turist li jasal minn dawn il-pajjiżi se jkun kostrett jagħmel 14-il ġurnata kwarantina.

Għalissa, ċittadini tal-Islovenja li jaslu minn dawn il-pajjiżi fuq din il-lista, inkluż Malta, jekk jissottomettu biżżejjed provi li kienu f’dawn il-pajjiżi, ma jkunux kostretti jagħmlu kwarantina.

Fl-aħħar jiem, Malta kienet waħda mill-ħames pajjiżi li l-Irlanda neħħiet minn fuq il-lista tal-pajjiżi siguri.

Il-Litwanja wkoll għalqet il-fruntieri tagħha għal dawk kollha li jaslu minn Malta.

More in Barranin