Ir-Renju Unit ineħħi l-kwarantina obbligatorja għal turisti li se jaslu minn 50 pajjiż

lista sħiħa tal-pajjiżi mistennija tkun ippubblikata aktar tard illum

Turisti li se jaslu fir-Renju Unit minn madwar 50 pajjiż differenti mhux se jkunu obbligati jagħmlu l-kwarantina ta’ 14-il ġurnata.

Il-Ministru għat-Trasport Ingliż, Grant Shapps saħaq li r-Renju Unit se jkun qed ineħħi l-kwarantina obbligatorja għal dawk li se jkunu qed jaslu minn aktar minn 50 pajjiż differenti, fosthom Franza, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja. 

Il-lista sħiħa tal-pajjiżi mistennija tkun ippubblikata aktar tard illum. Il-kwarantina obbligatorja għat-turisti minn dawn il-pajjiżi mhux se tibqa’ tapplika mill-10 ta’ Lulju.

Il-Ministru saħaq li dan ma jfissirx awtomatikament li turisti Ingliżi mhux se jintalbu jagħmlu kwarantina jekk iżuru pajjiżi oħra iżda insista li ħafna mill-pajjiżi fuq il-lista mhux se jkunu qed jimponu l-kwarantina.

More in Barranin