52,000 każ ġdid ta' COVID-19 f'ġurnata waħda fl-Istati Uniti

Fl-istess ġurnata, il-President Amerikan Donald Trump biddel it-tonn tiegħu u issa qed iħeġġeġ lin-nies biex jilbsu l-maskra inkluż hu

Il-każi ġodda ta’ COVID-19 fl-Istati Uniti żdiedu b’52,000 f’ġurnata waħda, l-ogħla ammont minn kemm ilha li feġġet il-pandemija.

Fl-istess ġurnata, il-President Amerikan Donald Trump biddel it-tonn tiegħu u issa qed iħeġġeġ lin-nies biex jilbsu l-maskra inkluż hu.

Minkejja l-għadd tal-każi fl-Istati Uniti, fl-aħħar ġimgħat, Trump qatt ma deher bil-maskra fil-pubbliku u saħansitra kien qed jirreżisti li jittieħdu ritratti tiegħu liebes waħda.

Fl-Istati Uniti kien hemm aktar minn 2.6 miljun każ ta’ COVID-19, l-ogħla ammont fid-dinja. B’kollox tilfu ħajjihtom 128,062 persuna.

More in Barranin