Esperti fir-Renju Unit jgħidu li mediċina komuni u eżistenti tista' ssalva ħafna pazjenti bil-COVID-19

L-esperti jistmaw li kieku dan it-trattament beda jintuża mill-bidu tal-pandemija, madwar 5,000 vittma setgħu ġew salvati

Mediċina rħisa li hija diġà disponibbli madwar id-dinja, msejħa dexamethasone tista’ ssalva l-ħajjiet ta’ pazjenti li jkunu mordja serjament bil-COVID-19.

Esperti fir-Renju Unit spjegaw kif dan it-trattament b’din il-mediċina huwa pass kbir importanti fil-ġlieda kontra l-virus.

Skont l-istess esperti, din il-mediċina tnaqqas b’terz ir-riskju ta’ mewt fost il-pazjenti li jkunu jinsabu fuq il-ventilators. 

Għal dawk li jkunu qed jingħataw l-ossiġnu, din il-mediċina it-tnaqqis fir-riskju huwa akbar.

Din is-sejba importanti saret hekk kif apparti t-tfittxija tal-vaċċin għall-prevenzjoni, esperti qed jistudjaw l-effett ta’ trattamenti eżistenti fuq il-COVID-19.

L-esperti jistmaw li kieku dan it-trattament beda jintuża mill-bidu tal-pandemija, madwar 5,000 vittma setgħu ġew salvati.

More in Barranin