Brażil | F'24 siegħa l-virus jinfetta aktar minn 17,400 persuna u jikkawża 1,180 mewta

Dan fl-istess ħin li l-President Jair Bolsonaro għadu qed jisħaq li l-lockdown se jagħmel aktar ħsara mill-virus innifsu

Il-Brażil irreġistra l-ogħla għadd ta’ mwiet sa issa hekk kif b’kollox, fl-aħħar 24 siegħa, 1,179 persuna mietu kawża tal-COVID-19 hekk kif b’kollox sa issa tilfu ħajjithom 18,000 persuna.

Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa biss, fil-Brażil ġew irreġistrati 17,408 każi ġodda ta’ COVID-19 biex issa t-total tela’ għal 271,885, it-tielet l-aktar fid-dinja.

Skont l-awtoritajiet tas-saħħa fil-Brażil, mit-tbassir li sar dan lanqas ma huwa l-pik hekk kif hu mistenni li l-każi jibqgħu jiżdiedu sa Ġunju.

Il-Brażil huwa maqsum dwar kif għandu jirrisondi għall-pandemija.

Il-President Jair Bolsonaro li kemm-il darba insista li l-virus ma hu xejn ta’ barra minn hawn u inisista li l-lockdown impost mill-gvernaturi reġjonali se jagħmel ħafna aktar ħsara mill-virus innifsu.

More in Barranin