Mexxejja tad-dinja, kumpaniji u organizzazzjonijiet iwiegħdu biljuni biex ikun żviluppat vaċċin

Dawn il-fondi ġew imwiegħda waqt summit li organizzat l-Unjoni Ewropea

Il-mexxejja tad-dinja, organizzazzjonijiet internazzjonali u anke kumpaniji wiegħdu li joħorġu bejniethom €7.4 biljun biex tkun ikun żviluppat vaċċin kontra l-coronavirus u anke għodda biex ikun identifikat u kkurat il-virus.

Dawn il-fondi ġew imwiegħda waqt summit li organizzat l-Unjoni Ewropea li sar permezz ta’ videoconferencing it-Tnejn wara l-appell li sar mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex ikun hemm azzjoni konġunta kontra l-virus.

“Dan il-fond se jgħin biex tibda koperazzjoni globali bla preċendent,” saħqet Ursola von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha se toħroġ €1.4 biljun.

Nieqsa minn dan is-summit kienu l-Istati Uniti hekk kif il-President Amerikan kien waqqaf il-finanzjament tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa.

Ir-Russja wkoll ma ħaditx sehem.

More in Barranin