'Jekk l-UE mhux se tgħin lill-pajjiżi l-aktar milquta, dan il-proġett se jfalli' - Conte

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppem Conte jwissi lill-Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte, qal li l-Unjoni Ewropea qed tirriskja li tfalli bħala proġett jekk ma timxix tajjeb mal-pajjiżi membri tagħha f’din il-kriżi li ġabet magħha l-imxija tal-Coronavirus.

F’intervista mal-BBC, Conte saħaq li l-Unjoni Ewropea għandha taġġixxi b’mod adegwat u koordinat biex tgħin lill-pajjiżi l-aktar milquta minn dan il-virus.

Fi kliemu, l-Unjoni Ewropea għandna tqum għal din l-isfida, li fi kliemu hija “l-akbar waħda mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn.”

L-Italja u pajjiżi membri oħra qed jitlobu lill-Ewropa kollha biex tieħu riskju u tgħin lill-aktar pajjiżi l-aktar milquta billi toħroġ biljun ta’ ewro f’dawk li qed jissejħu coronabonds.

Iżda din it-talba ma niżlitx tajba ma’ kulħadd, bl-Olanda tkun l-aktar pajjiż li opponiet din il-miżura.

“Jekk mhux se nieħdu din l-opportunita li nagħtu ħajja ġdida lil dan il-proġett Ewropew, ir-riskju li dan ifalli huwa kbir,” saħaq Conte.

More in Barranin