F'24 siegħa jmutu 1,800 fl-Istati Uniti u 1,400 fi Franza; Wuhan ittemm il-lockdown

L-aħħar aġġornamenti minn madwar id-dinja dwar il-coronavirus

Fl-Istati Uniti ġie rreġistrat l-akbar numru ta’ mwiet kawża tal-coronavirus hekk kif ilbieraħ biss tilfu ħajjithom 1,800 persuna.

B’hekk, sa issa, fl-Amerka biss, mietu madwar 13,000 persuna.

Fl-Istati Uniti hemm aktar minn 398,000 każ ikkonfermat, l-akbar numru fid-dinja hekk kif globalment, l-għadd tal-każi qabeż il-1.4 miljun persuna.

Intant, fil-belt ta’ Wuhan fiċ-Ċina, minn fejn beda kollox, ġie fi tmiemu l-lockdown ta’ 11-il ġimgħa.

Fl-Ewropa, Franza wkoll irreġistrat numru rekord ta’ mwiet hekk kif b’kollox, f'24 siegħa, mietu 1,411-il persuna, 607 fl-isptarijiet u 820 fi djar tal-anzjani.

Hekk, l-għadd tal-vittmi fi Franza, issa tela’ għal 10,000 persuna. 

Fl-Ingilterra l-każijiet ukoll komplew telgħin biex b'kollox issa hemm aktar minn 55,000 każ. Il-Prim Ministru Boris Johnson għadu qed jinżamm għall-Kura Intensiva.

More in Barranin