Il-Korea ta' Isfel tirrapporta l-inqas numru ta' każijiet ġodda tal-coronavirus

Ħarsa madwar id-dinja bl-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus

Il-Korea ta’ Isfel irrapportat l-inqas numru ta’ każi ġodda ta’ coronavirus minn meta dan laħaq il-qawwa kollha tiegħu erba’ ġimgħat ilu, b’din l-aħbar iżżid it-tama fl-Asja li l-agħar għadda.

Fl-aħħar 24 siegħa, il-Korea ta’ Isfel irrapportat 64 każ ġdid biss, biex hekk, sa issa, kien hemm total ta’ 8,961 infezzjoni fejn 111-il persuna tilfet ħajjitha.

Madanakollu, uffiċjali tas-saħħa saħqu li l-pajjiż għad fadallu “ġlieda twila” kontra l-virus.

Intant, in-nofsinhar tal-Ewropa tibqa’ l-epiċentru tal-pandemija.

Ilbieraħ, fl-Italja ġew irrapportati 651 mewta, biex hekk, b’kollox, fl-Ialja, il-virus ħalla 5,476 persuna mejta.

Fi Spanja, tilfu ħajjithom 394 persuna biex b’kollox tilfu ħajjithom 1,720.

Intant, fi New York, is-Sindku wissa dwar l-agħar żminijiet li għad iridu jiġu waqt li saħaq li dan jista’ jwassal għal nuqqas ta’ prodotti mediċinali essenzjali.

Il-probbabilità li l-ġlieda kontra l-virus se tkun twila, issaħħet bl-aħbar li l-Prim Ministru Ġappuniż ammetta għall-ewwel darba li l-Olimpjadi tal-2020 li suppost se jsiru f’Tokyo jistgħu jiġu posposti.

More in Barranin