L-Iraq jordna lit-truppi Amerikani biex jitilqu mill-pajjiż; Trump jhedded b'sanzjonijiet severi

It-tensjoni żdiedet wara li l-ġimgħa li għaddiet sar attakk f’Baghdad li matulu ġie maqtul il-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani

Il-President Amerikan Donald Trump hedded b’sanzjonijiet severi wara li l-Parlament tal-Iraq ordna lit-truppi Amerikani biex jitilqu mill-pajjiż.

“Għandna bażi tal-ajru straordinarja u li swiet ħafna flus fl-Iraq. Swiet biljuni ta’ dollari. Mhux se nitilqu qabel ma jħallsuna tagħha,” qal Trump lill-ġurnalisti.

It-tensjoni żdiedet ħafna wara li l-ġimgħa li għaddiet, fuq ordni tal-President Trump sar attakk f’Baghdad li matulu ġie maqtul il-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani, meqjus bħala t-tieni l-aktar persuna b’saħħitha fil-pajjiż.

L-Iran immedjatament saħqet li l-Istati Uniti se tkun qed tpattiha.

Soleimani, li kellu 62 sena, kien imexxi l-operazzjonijiet militari Iranjani fil-Lvant Nofsani u għall-Istati Uniti kien meqjus bħala terrorist. 

Intant il-ġidem tal-ġeneral wasal lura f’pajjiżu fejn saru l-funeral, bit-toroq tal-Kapitali Iranjana Tehran jippakkjaw ruħhom b’eluf ta’ persuni li ħarġu jagħtuh l-aħħar tislima. 

Il-funeral tal-Ġeneral Qasem Soleimani
Il-funeral tal-Ġeneral Qasem Soleimani
Qasem Soleimani
Qasem Soleimani

More in Barranin