Persuna tinqatel u ħamsa jweġġgħu wara attakk b'sikkina viċin Pariġi

Il-Pulizija kellha tiftaħ in-nar fuq ir-raġel u qatlitu

Persuna nqatlet u ħames persuni oħra sofrew xi ġrieħi wara li qalgħu daqqiet ta’ sikkina minn raġel fi ġnien viċin Pariġi.

Il-Pulizija kellha tiftaħ in-nar u toqtol lir-raġel li attakka lil dawk li inzertaw biswit il-ġnien.

L-attakk seħħ fis-subborg ta’ Villejuif, madwar seba’ kilometri ‘l bogħod minn Pariġi.

Rapporti li għadhom mhux ikkonfermati qalu li r-raġel kien liebes ċinturin bl-isplussivi.

Il-Pulizija qed javżaw lill-persuni biex jevitaw iż-żona.

More in Barranin