Ritratti | Venezja taħt l-ilma ... l-agħar għargħar fl-aħħar 50 sena

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u fil-Bażilika antika ta' San Mark l-ilma baqa' dieħel sal-artal maġġur

Partijiet minn Venezja jinsabu mgħarqa kompletament wara l-akbar għargħar li esperjenzat din il-belt turistika fl-aħħar 50 sena. 

F’xi postijiet, l-għoli tal-ilma qiegħed ilaħħaq il-1.87 metru. L-uniku darba li l-livell tal-ilma kien aktar għoli kien kien fl-1966 meta laħħaq il-1.94 metru.

Il-pjazza ewlenija, Piazza San Marco, kienet l-aktar milquta, bil-Bażilika ta’ San Mark tispiċċa mgħarqa, bl-ilmijiet jibqgħu deħlin ġewwa sal-artal maġġur.

Ritratti: Reuters
Ritratti: Reuters

Din hija s-sitt darba, f’1,200 sena, li din il-Bażilika spiċċat mgħarqa bl-ilma, b'erba każijiet seħħew fl-aġġar 20 sena.

U mifhum li kawża tal-għargħar, mietu żewġ persuni, b’wieħed minnhom jispiċċa jieħu xokk qawwi meta pprova jixgħel pompa fid-dar tiegħu.

Is-Sindku Luigi Brugnaro qal li se jkun qed jiddikjara stat ta’ emerġenza waqt li li wissa li dan l-għargħar jista’ jħalli effetti permanenti. 

“Is-sitwazzjoni hija drammatika. Qed nitolbu lill-Gvern biex jgħina. L-ispejjeż se jkunu kbar. Dan huwa riżultat tat-tibdil fil-klima,” kiteb f'sensiela ta' Tweets.

More in Barranin