Il-billjunarju Michael Bloomberg qiegħed jikkunsidra bis-serjetà li jikkontesta l-elezzjonijiet għall-President Amerikan, mal-Partit Demokratiku.
L-eks sindku ta’ New York City qal li huwa mħasseb li l-kandidati preżenti mhumiex tajbin biżżejjed biex jirbħu lill-President Donald Trump fl-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla.
Hu mifhum li Bloomberg, li għandu 77 sena, mistenni jippreżenta n-nomina tiegħu din il-ġimgħa.
Preżentament total ta’ 17-il kandidat jinsabu fil-ġirja bil-għan li xi ħadd minnhom jegħlibha lill-President Trump.
L-eks Viċi President Joe Biden, is-Senatur ta’ Massachusetts Elizabeth Warren u s-Senatur ta’ Vermont Bernie Sanders huwa l-kandidati favoriti tal-Partit Demokratiku.