Allegat każ ta’ koruzzjoni minn uffiċjal ta’ klabb fil-Kampjonat Premier: Il-pulizija u l-MFA jinvestigaw
Uffiċjal fi ħdan wieħed mill-klabbs ewlenin fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti qed jiġi investiagt b’rabta ma’ allegat każ ta’ korruzzjon

Uffiċjal fi ħdan wieħed mill-klabbs ewlenin fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti qed jiġi investiagt b’rabta ma’ allegat każ ta’ korruzzjoni.
Sorsi qrib l-investigazzjoni qalu l-gazzetta oħt, MaltaToday, illi l-każ jinvolvi biss klabb wieħed u l-inċident seħħ waqt l-istaġun kurrenti,
Is-sors spjega illi recordings jindikaw din il-koruzzjoni ġew sottomessi f’evidenza lil pulizija.
Intant, NET News irraporta illi l-persuna taħt investigazzjoni tifforma parti mill-istaff tekniku ta’ tim partikolari. Din il-persuna avviċinat plejer ta’ tim ieħor sabiex tikkorompieħ qabel il-partita ta’ bejniethom f’dan l-istaġun.
Skont informazzjoni mogħtija lil NET immedjatament irrifjuta u rraporta l-każ lill-klabb li hu qiegħed fih.
Il-każ ġie kkonfermat minn Herman Mula, il-persuna kkarigata mill-Malta Football Association’s Integrity Unit.